-
Iva
-
1) Jekk tirreġistra, jkollok informazzjoni dwar il-progress tiegħek flimkien mal-kronoloġija tal-progress.
2) Tista' titgħallem mingħajr reklami billi tagħmel donazzjoni żgħira.
-
Wara donazzjoni żgħira minn naħek, aħna nneħħu r-reklami mill-kont tiegħek. Jekk jogħġbok ħu ftit paċenzja, peress li dan huwa proċess manwali.
-
Tista' tgħin billi – 1) tikteb kummenti dwar x'jogħġbok u x'ma jogħġbokx
2) tikteb l-ideat tiegħek dwar kif nistgħu ntejbu l-esperjenza tat-tagħlim (u affarijiet oħra, naturalment)
3) tgħid lill-ħbieb tiegħek dwarna (taqsam il-websajt tagħna fuq netwerks soċjali, ingħaqad magħna fuq https://www.facebook.com/TouchTypingStudy)
-
L-ammont ta' żmien meħtieġ biex titgħallem it-Ttajpjar b'għaxar swaba' jiddependi fuqek. Huwa importanti li tipprattika regolarment. Għal riżultati tajbin, nissuġġerixxu li tagħmel mill-inqas lezzjoni waħda kuljum.
Ftakar li tkun taf fejn huma l-ittri kollha ma jfissirx li inti lest/a biex tittajpja b'mod veloċi. Jeħtieġ li subgħajk jiżviluppaw ix-xejriet meħtieġa tal-movimenti, jew l-hekk imsejħa “memorja tal-moviment tal-muskoli”, ta' fejn kull tast speċifiku jinsab, biex tkun tista' tittajpja mingħajr ma taħseb dwar it-tasti jew tħares lejn it-tastiera. Movimenti awtomatiċi jiġu żviluppati biss permezz ta' ħafna ripetizzjoni. Ftakar – il-prattika biss tagħmel il-perfezzjoni!
-
Biex tkejjel KKM, il-programm jgħodd kemm il-kelma ttajpjat kull minuta: kelma 1 = 5 karattri, inkluż l-ispazji u l-punteġġjatura.
-
Min-naħa teknika, tikollok bżonn konnessjoni mal-internet biss. Madankollu, tkun teħtieġ ukoll il-motivazzjoni u r-rieda li taħdem biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek tat-Ttajpjar b'għaxar swaba'.
-
Jekk jogħġbok żgura li l-Caps Lock mhijiex mixgħula meta tibda tittajpja. Huwa meta l-Caps Lock tkun mixgħula li l-programm jitolbok tagħfas it-tast Shift u l-ittra kkonċernata simultanjament.
-
Tagħlim tat-Tipjar bil-Mess huwa għal kull min jixtieq jiżviluppa l-ħiliet tat-Ttajpjar b'għaxar swaba'. It-Ttajpjar b'għaxar swaba' hija ħila li tippermettilek tittajpja mingħajr ma tħares lejn it-tastiera biex issib it-tasti t-tajbin.
-
Iva, Tagħlim tat-Tipjar bil-Mess huwa addattat għan-nies bid-disleksja wkoll. Bil-ħiliet tat-Ttajpjar b'għaxar swaba', xi ħadd bid-disleksja għandu vantaġġ ċar fuq xi ħadd mingħajr dawn il-ħiliet. (Peress li xi nies bid-disleksja jkollhom diffikultà bil-kitba bl-idejn, it-test ittajpjat jkun ta' benefiċċju kbir għalihom, kemm mil-lat tal-veloċità kif ukoll mil-lat tal-leġġibbiltà.) Barra minn hekk, jgħin ħafna li jkollok it-test fuq il-kompjuter peress li hekk tkun tista' tużja l-ispell checker!