-
Iva
-
1) Jekk tirreġistra, inti jkollok informazzjoni fuq il-progress tiegħek flimkien mal-kronoloġija tal-progress.
2) Inti tkun tista’ titgħallem mingħajr reklami billi tagħti donazzjoni żgħira.
-
Wara li tagħti donazzjoni żgħira, aħna nneħħu r-reklami mill-kont tiegħek. Jekk jogħġbok ħu ftit paċenzja, għaliex dan huwa proċess manwali.
-
Inti tista’ tgħin billi – 1) tikteb kummenti dwar x’jogħġbok u x’ma jogħġbokx
2) tikteb l-ideat tiegħek dwar kif nistgħu ntejbu l-esperjenza ta’ tagħlim (u affarijiet oħra, ovvjament)
3) tgħid lill-ħbieb tiegħek dwarna (taqsam il-websajt tagħna fuq netwerks soċjali, tingħaqad magħna fuq https://www.facebook.com/TouchTypingStudy)
-
L-ammont ta’ żmien meħtieġ biex titgħallem it-touch-typing jiddependi fuqek. Huwa importanti li tipprattika regolarment. Għal riżultati tajbin, nissuġġerixxu li tagħmel mill-inqas lezzjoni waħda kuljum.
Ftakar, li tkun taf fejn huma l-ittri kollha ma jfissirx li inti lest/a biex tittajpja b’mod veloċi. Jeħtieġ li subgħajk jiżviluppaw ix-xejriet meħtieġa tal-movimenti jew ’l hekk imsejħa “memorja tal-moviment tal-muskoli” ta’ fejn kull tast speċifiku jinsab biex tkun tista’ tittajpja mingħajr ma taħseb dwar it-tasti jew tħares lejn it-tastiera. Movimenti awtomatiċi jiġu żviluppati biss permezz ta’ ħafna ripetizzjoni. Ftakar – ittejjeb il-ħiliet tiegħek bil-prattika – u b’xejn aktar!
-
Biex tkejjel KKM, il-programm jgħodd kemm il-kelma ttajpjat kull minuta: kelma 1 = 5 karattri, inkluż l-ispazji u l-punteġġjatura.
-
Min-naħa teknika, ikollok bżonn konnessjoni mal-Internet. Barra minn hekk, jeħtieġ ukoll li jkollok il-motivazzjoni u r-rieda li taħdem biex ittejjeb il-ħiliet tiegħek ta’ touch typing.
-
Jekk jogħġbok żgura li l-Caps Lock mhijiex mixgħula meta tibda tittajpja. Huwa meta l-Caps Lock tkun mixgħula li l-programm jitolbok tagħfas it-tast Shift u l-ittra kkonċerna, simultanjament.
-
Typing Study huwa għal kull min jixtieq jiżviluppa l-ħiliet tiegħu/tagħha. It-touch typing hija ħila li tippermettilek tittajpja mingħajr ma tħares lejn it-tastiera biex issib it-tasti t-tajbin.
-
Iva, Typing Study huwa addattat għan-nies bid-dyslexia wkoll. Bil-ħiliet tat-touch typing, xi ħadd bid-dyslexia għandu vantaġġ distint fuq xi ħadd li m’għandux ħiliet ta’ touch typing. (Billi xi nies bid-dyslexia jkollhom problema b’testi miktuba bl-idejn, testi ttajpjati jkunu ta’ benefiċċju kbir għalihom, kemm mil-lat ta’ veloċità kif ukoll mil-lat tal-qari.) Barra minn hekk jgħin ħafna li jkollokx it-test fuq il-kompjuter għax hekk tkun tista’ tiċċekkja l-ortografija!